Jump to content

Ġbir tal-fondi/Traduzzjoni/Ittra ta' ringrazzjament

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
This page is a translated version of the page Fundraising 2012/Translation/Thank you letter and the translation is 84% complete.
Outdated translations are marked like this.

Għażiż/Għażiża [given name],

Grazzi għad-donazzjoni tiegħek lill-Fondazzjoni Wikimedja. M'hawnx għalik!

Faċli li ma tagħtix kas tal-istrixxi fin-naħa ta' fuq tal-paġna dwar il-ġbir tal-fondi, u jien ħadt gost ħafna li ma għamiltx hekk. Dan hu l-mod kif il-Wikipedija tħallas l-ispejjeż tagħha --- mill-flus li jagħtuna nies bħalek, biex inkunu nistgħu inżommu s-sit disponibbli bla ħlas għal kullħadd madwar id-dinja.

In-nies jgħiduli li jagħtu l-flus lill-Wikipedija għax isibuha utli, u jafdawha għax minkejja li mhijiex perfetta, jafu li hi miktuba għalihom. Il-Wikipedija mhux qiegħda hemm biex tavvanza ir-RP ta' xi ħadd jew timbotta xi idealoġija partikulari, jew biex tipperswadik temmen xi ħaġa li mhijiex minnha. L-għan tagħna hu li ngħidu l-verità, u nistgħu nagħmlu hekk minħabba l-għajnuna tiegħek. Id-donazzjoni tiegħek iżżommna indipendenti u kapaċi li nipprovdulek li teħtieġ u trid mill-Wikipedija. Hekk għandu jkun.

Għandek tkun taf: id-donazzjoni tiegħek ma tkoprix l-ispejjes tiegħek biss. Donatur ordinarju jħallas għall-użu tiegħu tal-Wikipedijla, flimkien mal-ispejjes ta' mijiet ta' nies oħra. Id-donazzjoni tiegħek tagħmel il-Wikipedija disponibbli għal tifel ambizzjuż f'Bangalore li qiegħed jitgħallem il-programmazzjoni tal-kompjuters waħdu. Mara tad-dar ta' mezza età li għadha kief saret taf li għandha l-marda ta' Parkinson. Rumanzier li qiegħed jirriċerka l-Ingilterra tas-snien 1850. Tifla ta' 10 snin f'San Salvador li għadha kemm skopriet Calrl Sagan.

F'isem dawn in-nies, u n-nofs miljun qarrejja oħra tal-Wikipedija u tas-siti u l-proġetti aħwa magħha, nirringrazzjak talli ngħaqadt mal-isforz tagħna biex nagħmlu t-total tal-għarfien uman disponibbli għal kullhadd. Id-donazzjoni tiegħek tagħmel id-dinja aħjar. Grazzi.

Il-parti l-kbira tan-nies ma jafux li l-wikipedija ma tgħamilx qliegħ. Jekk jogħġbok ara tistax tgħaddi din l-e-mail lil xi ftit ħbieb biex tħajjarhom jagħmlu donazzjoni huma wkoll. U jekk jinteressak, forsi tista'tipprova żżid xi informazzjoni fuq il-Wikipedija. Jekk tara xi żball fl-ortografija jew xi żball żgħir ieħor, jekk jogħġbok irranġah, u jekk issib xi ħaġa nieqsa jekk jogħġbok żidha.Tinkwitax jekk tagħmel żball: dan jiġri 'l ħafna nies meta jibdew jeditjaw u jekk jiġrilek hekk, dejjem ikun hemm Wikipedjani li lesti jirranġaw l-iżball.

Napprezza l-fiduċja li għandek fina, u nwiegħdek li nużaw flusek sewwa.

Grazzi
Sue

Sue Gardner
Direttur Eżekuttiv
Il-Fondazzjoni Wikimedja [1]

Tista' ssegwina fuq [#twitter Twitter], [#identica identi.ca] jew [#google Google+], tagħtina like fuq [#facebook Facebook] u [#blog taqra l-blogg tagħna]. Hawn ir-[#annual rapport anwali għal 2010-2011 tal-Fondazzjoni Wikimedja], il-[#plan pjan għas-sena 2012-2013 tal-Fondazzjoni Wikimedja] u l-[#strategic pjan strateġiku għal ħames snin tal-Fondazzjoni Wikimedja]. Barra minn hekk issa tista' tixtri oġġetti bl-isem tal-Wikipedia minn fuq [#shop shop.wikimedia.org].

Biex tista' żżomm kont: Id-donazzjoni tiegħek ta' [date] kienet [amount]

[ifRecurring]

This donation is part of a recurring subscription. Monthly payments will be debited by the Wikimedia Foundation until you notify us to stop. If you’d like to cancel the payments please see our [#recurringCancel easy cancellation instructions].

[endifRecurring]

Diżiskrizzjoni: Bħala donatur nixtiequ nżommuk informat dwar l-attivitajiet tal-komunità u l-ġbir tal-fondi. Però jekk tippreferi li ma tirċivix minn għandna e-mails ta' dan it-tip, jekk jogħġbok ikklikkja hawn taħt u nneħħuk minnufih mil-lista.:

[#unsubscribe Neħħuni mil-lista]

Din l-ittra tista' sservi ta' prova għad-donazzjoni tiegħek. L-ebda oġġett jew servizz ma ngħata għal din il-kontribuzzjoni. Il-Wikimedia Foundation, Inc. hi organizzazzjoni ta' benefiċenza bla qliegħ b'eżenzjoni fiskali 501(c)(3) fl-Istati Uniti. L-indirizz tagħna hu 149 New Montgomery, 3rd Floor, San Francisco, CA, 94105. S.U. Numru tal-eżenzjoni fiskali (Stati Uniti): 20-0049703


Please help us to [#translate translate] this email.