Jump to content

Mumenti memorabbli tal-Wikimedia, Mejju 2013

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
This page is a translated version of the page Wikimedia Highlights, May 2013 and the translation is 88% complete.

Mumenti memorabbli mir-Rapport tal-Fondazzjoni Wikimedja u r-rapport tekniku tal-Wikimedja għal Mejju 2013, flimkien ma' għażla ta' ġrajjiet importanti oħra mill-moviment Wikimedja

Mumenti memorabbli tal-Fondazzjoni Wikimedja

Mir-rapport dwar il-Ġbir tal-Fondi: L-istrixxa bil-"fatti" (li kien fiha lista ta' fatti bażiċi dwar il-Wikipedija) ġiet ippruvata f'ħafna verżjonijiet differenti u instab li kellha effet aħjar mill-istrixxi tal-ġbir tal-fondi ta' qabel kollha.

Ħareġ ir-rapport dwar il-ġbir tal-fondi

It-tim tal-Fondazzjoni Wikimedia ippubblika rapport mill-kampanja għall-ġbir tal-fondi 2012-2013. Ir-rapport iħares lejn l-evoluzzjoni tad-disinn tal-istrixxa ta' fuq tal-paġna u jinkludi informazzjoni dwar il-kampanja bl-Ingliż tal-aħħar tal-2012 u l-kampanja multilingwa tal-2013, li b'kollox ġabret 35 miljun dollaru Amerikan minn żewġ miljun donatur.

Il-komunità mistiedna tiddiskuti l-użu tat-trademarks

It-tim Legali u tad-Difiża tal-Komunità (LCA) ippubblika stqarrija dwar il-prattiki fil-kuntest tat-marki reġistrati, li fiha jitlob rispons fuq il-pulitika tal-Wikimedia, proċedura u kwistjonijiet oħra fil-kuntest tal-marki reġistrati. L-għan hu li jkun hemm bilanċ bejn l-interess li jitħalla l-użu tal-marki għal attivitajiet li jaqblu mal-missjoni tal-Wikimedia u l-bżonn li ma jitħalliex użu ħażin u liċenzjament mingħajr kontroll ta' kwalità. Din hi l-opportunità li wieħed jagħti l-ideat tiegħu billi t-tim bi ħsiebu jaġġorna il-pulitika u l-prattiki tal-marki reġistrati.

Wikipedia Zero varat fil-Pakistan

Wikipedia Zero, il-programm li jagħmel possibbli l-aċċess għal Wikipedija b'xejn permess tal-mowbajl mad-dinja kollha, issa hu disponibbli fil-Pakistan, bi sħubija ma' Mobilink (Vimpelcom). Il-kumpannija għandha 'l fuq minn 32 miljun użatur li jagħmilha t-tieni l-ikbar implementazzjoni ta' Wikipedia Zero s'issa.

The "Nearby" feature in Vatican City. The camera icon (bottom) indicates an article which misses images, inviting users to contribute one.

"Nearby" feature shows Wikipedia articles in the reader's vicinity

On location-aware devices (such as smartphones with GPS), a new "Nearby" page lists articles close to the reader's current location. The feature is designed for mobile devices, but also works on the desktop version of Wikipedia.

Presentation slides with the Tool Labs logo

New hosting environment for community-developed tools

The Tool Labs, an environment for community developers to provide external software tools supporting work on Wikimedia projects, is now operating. With the support of the German Wikimedia chapter, many existing tools have already migrated from the Wikimedia Toolserver to Tools Labs.

Tibda t-tfittxija għal Direttur Eżekuttiv ġdid

Ġiet ippubblikata l-offerta ta' xogħol għal Direttur Eżekuttiv ġdid għall-Fondazzjoni Wikimedia Din tagħti bidu għat-tfittxija għal suċċessur għal Sue Gardner, li ħa tirtira iktar tard dis-sena. Il-president tal-Bord tal-Fiduċjarji Kat Walsh talbet l-għajnuna tal-Wikimejani biex jinstab l-aħjar kandidat possibbli, billi jifirxu l-aħbar fil-komunikazzjonijiet tagħhom.

Data u Tendenzi

Viżitaturi globali f'April:

517 miljun (-0.17% mqabbel ma' Marzu; +9.16% mqabbel mas-sena ta' qabel)
(comScore data għall-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia kollha; comScore se toħroġ iċ-ċifri għal Mejju aktar tard f'Ġunju)

Talbiet għal paġni f'April:

21.0 biljun (+0.8% mqabbel ma' April; +16.5% mqabbel mas-sena ta' qabel)
(Server log data, il-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia kollha inkluż id-dħul fuq il-mowbajl)

Edituri reġistrati attivi għal April 2013 (>= 5 modifikazzjonijiet fl-ispazju prinċipali/xahar, barra l-bots):

82,553 (+0.86% mqabbel ma' Marzu / +4.38% mqabbel mas-sena ta' qabel)
(Database data, il-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia kollha.)

Rapport (jiġbor fih bosta ċifri statistiċi u tendenzi dwar il-proġetti tal-WMF):

http://reportcard.wmflabs.org/

(Definizzjonijiet)

Affarijiet finanzjarji

Dħul u Ħruġ ta' din is-sena sa issa mqabblin mal-Pjan fit-30 ta' April, 2013
Ħruġ tal-Fondazzjoni Wikimedia ta' din is-sena sat-30 ta' April, 2013 skont l-użu.

(L-informazzjoni finanzjarja ta' April 2013 biss hi disponibbli f'dan ir-rapport.)

L-informazzjoni finanzjarja kollha tingħata mill-bidu tax-xahar sad-data u mill-bidu tas-sena sad-data, it-30 ta' April, 2013

Dħul $50,441,664
Nefqa
Grupp tal-Inġinerija $11,909,113
Grupp tal-Ġabra tal-Fondi $3,085,352
Grupp tal-Boroż u Programmi $7,894,416
Grupp tat-Tmexxija $630,123
Grupp Legali/tad-Difiża Komunitarja/tal-Komunikazzjoni $2,560,446
Grupp tal-Finanzi/Amministrazzjoni/Riżorsi Umani $4,757,347
Nefqa Totali $30,836,797
Fondi żejda/(nieqsa) $19,604,867
  • Id-dħul għax-xahar ta' April kien $8.87MM waqt li l-mira kienet $59.78MM, bejn wieħed u ieħor $908K jew 9% taħt il-mira.
  • Id-dħul mill-bidu tas-sena sad-data kien ta' $50.44MM , waqt li l-mira kienet $45.52MM, bejn wieħed u ieħor $4.92MM jew 11% ogħla mill-mira.
  • In-nefqa għax-xahar ta' April kienet ta' $5.78MM waqt li l-mira kienet $4.10MM, bejn wieħed u ieħor $1.68MM jew 41% ogħla mill-mira, primarjament minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tal-boroż (iż-żmien tal-għoti tal-boroż mill-Kumitat għat-Tqassim tal-Fondi), fl-ispejjeż legali u fl-ispejjeż tat-taxxa tal-proprjetà personali ikkompensati parzjalment mit-tnaqqis fl-ispejjeż tal-persunal, internet hosting u fl-ispejjeż bankarji.
  • In-nefqa tas-sena sad-data kienet ta' $30.84MM waqt li l-mira kienet $34.07MM, bejn wieħed u ieħor $3.24MM jew 169% taħt il-mira, primarjament minħabba t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-persunal, in-nefqa kapitali, l-internet hosting, u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar ikkompensati parzjalment minn spejjeż legali ogħla, spejjeż bankarji, servizzi mogħtija b'kuntratti barra, u l-ispejjeż ta-taxxi personali.
  • Il-bilanċ hu $45.6MM ikkalkulat fit-30 ta' April, 2013.
Video tal-laqgħa, li ssir kull xahar, tal-indikaturi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni Wikimedia li tkopri x-xahar ta' Mejju (it-6 ta' Ġunju, 2013)

Aħbarijiet oħra li joltqtuna

Wieħed mill-fotografiji li rebħu "Wiki Loves Earth": The White Elephant, Osservatorju astronomiku u meteorolġiku Pollakk li m'għadux jintuża, fuqil-quċċata ta' Pop Ivan fil-Muntanji Karpażi

Iżjed minn 11,000 fotografija tan-natura fil-kompetizzjoni Ukrena tal-"Wiki loves Earth"

Wiki Loves Earth is a new contest about taking photos of national nature heritage sites in the Ukraine, organized by the country's Wikimedia chapter. During one month, 365 participants uploaded more than 11 000 images to Wikimedia Commons, depicting more than 1000 of these sites (from a list of 7000). A jury selected the 12 best photos, receiving awards in a ceremony in Kiev on World Environment Day (June 5).

Ritratt tal-grupp li ħadu sehem fil-hackathon ta' Amsterdam

Hackathons f'Amsterdam u Tel Aviv

149 partiċipant minn 31 pajjiż ħadu sehem fil-hackathon f'Amsterdam lejn l-aħħar ta' Mejju, l-ikbar laqagħa anwali tal-komunità għall-iżvilupp ta' Wikimedia (li s-sena ta' qabel saret Berlin). F'Mejju wkoll, Wikimedia Israel organizzaw l-ewwel hackathon tagħhom f'Tel Aviv, u ħadu sehem xi 30 ruħ. Ftit minnhom għamlu l-ewwel passi bħala żviluppaturi ta' Wikimedia f'din il-laqgħa.

Espedizzjoni tal-fotografija tal-ferrovija fil-Polonja

B'kollaborazzjoni mal-Ferrovija Statali Pollakka il-kapitlu tal-Wikimedia Pollakka das-sajf qiegħed jorganizza espedizzjonijiet fotografiċi biex jiddokumentaw siti ferrovjarji. L-attività hi miftuħa għall-wikimedjani internazzjonaki li ħa jiffurmaw timijiet żgħar b'mexxejja li jafu jitkellmu bil-Pollakk biex jesploraw l-infrastruttura tal-ferrovija f'partijiet differenti tal-Polonja. Il-pariċipanti jingħataw biljetti tat-tren b'xejn u permessi speċjali biex ikunu jistghu jidħlu u jiffotgrafaw oġġetti li s-soltu ma jistax jarahom il-pubbliku.

Kors onlajn dwar l-editjar ta' artikli tal-Wikipedija

The Peer to Peer University (P2PU) is a nonprofit online learning community which recently launched its "School of Open", in coordination with Creative Commons. As part of the School of Open, a six-week course titled "Writing Wikipedia articles" is offered. Its second run began in May, with more than 60 students enrolling.